Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales) Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury
(Kawża C-591/15) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 355(3) TFUE – Status ta’ Ġibiltà – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Sitwazzjoni purament interna – Inammissibbiltà)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales) Queen's Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury
Dispożittiv
L-Artikolu 355(3) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi minn operaturi stabbiliti f’Ġibiltà lil persuni stabbiliti fir-Renju Unit tikkostitwixxi, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati għal ħdan Stat Membru wieħed.
____________
1 ĠU C 27, 25.1.2016.