Language of document : ECLI:EU:T:2016:55





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q.J. vs UASI – Demharter (MOTOBI)

(Kawża T-170-/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali MOTOBI – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl tal-provi mhux prodotti minn qabel lill-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 24)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 39-45)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Trade mark verbali MOTOBI (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 51-59,73)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2080/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Demharter GmbH u Benelli Q. J. Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Benelli Q. J. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.