Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Settembru 2011 - Cesea Group vs UASI - Mangini & C. (Mangiami)

(Kawża T-250/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurativa Mangiami - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti MANGINI - Ammissibbiltà ta' provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cesea Group Srl (Ruma, l-Italja ) (rappreżentanti: D. De Simone, D. Demarinis, u J. Wrede, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mangini & C. Srl (Sestri Levante, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' April 2009, (Każ R 982/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Mangini & C u Cesea Group Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' April 2009 (Każ R 982/2008-2), hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 193, 15.08.2009.