Language of document : ECLI:EU:T:2010:507





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 – Wilo vs UASI [Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u rappreżentazzjoni ta’ wċuħ ħodor]

(Kawżi magħquda T-253/09 u T-254/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta wċuħ ħodor – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29, 42)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal‑UASI, tat-30 ta’ Marzu 2009 (Każijiet R 1184/2008‑1 u R 1196/2008‑1), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill‑forma ta’ kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta wċuħ ħodor.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Wilo SE

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill‑forma ta’ kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku, għall-prodotti fil-klassijiet 7 u 11 u t‑trade mark figurattiva li tirrappreżenta wċuħ ħodor, għall-prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 – Applikazzjonijiet Nru 5805692 u Nru 5620001

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjonijiet irrifjutati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Wilo SE hija kkundannata għall-ispejjeż.