Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ġunju 2009 - Cesea Group vs UASI - Mangini & C. (mangiami)

(Kawża T-250/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cesea Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone, avvocato, D. Demarinis, avvocato, J. Wrede, Rechtsanwalt,)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mangini & C. Srl (Sestri Levante, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla jew, sussidjarjament, temenda u tillimita, skont dak li jirriżulta mill-motivi tar-rikors, id-deċiżjoni, tal-20 ta' April 2009, innotifikata fl-24 ta' April 2009, tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI li permezz tagħha ġie ddefinit l-appell Nru R982/2008-2, ippreżentat wara l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità mressqa minn Mangini & C.Srl.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : It-trade mark figurattiva li fiha t-terminu "mangiami" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.113.933), għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Cesea Group Srl

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Mangini & C.Srl.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Ir-reġistrazzjoni Taljana Nru 819.926 tat-trade mark verbali "MANGINI" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 42, it-trade mark figurattiva Taljana Nru 668.388 li fiha l-kelma "Mangini", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 42, it-trade mark figurattiva Taljana Nru 648.507 li fiha l-kelma "Mangini", għal prodotti fil-klassi 30, ir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 738.072 tat-trade mark verbali "MANGINI", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 42, it-trade mark verbali "MANGINI" magħrufa sew fl-Italja fis-sens tal-Artikolu 6A tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għal "produzzjoni tal-għaġina, ħlewwiet, kafe, ġelati u prodotti tal-ħelu ġenerali, servizzi ta' bar, kafetterija, kejtering"; u d-denominazzjoni kummerċjali "MANGINI", użata fil-prattika kummerċjali normali fl-Italja għal "produzzjoni tal-għaġina, ħlewwiet, kafe, ġelati u prodotti tal-ħelu ġenerali, servizzi ta' bar, kafetterija, kejtering"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa parzjalment.

Motivi invokati :

Ksur tal-Artikolu 40(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja1, peress li l-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-eżami ta' dokumenti li ma ġewx ippreżentati quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, minkejja li kienu dokumenti li ma kinux disponibbli u li ma ġewx ippreżentati fit-terminu stabbilit mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

Illegalità tad-dikjarazzjoni ta' invalidità fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 29 li mhijiex mitluba mit-trade mark internazzjonali ta' Mangini & C.Srl u fir-rigward tal-klassi 30 li ma tapplikax għall-ħelu.

____________

1 - ĠU L 303, p. 1.