Language of document : ECLI:EU:T:2013:399





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2013 —
Eurocool Logistik vs UASI – Lenger (EUROCOOL)

(Kawża T‑599/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EUROCOOL — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti EUROCOOL LOGISTICS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Bidla ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1) u 65(3)) (ara l-punti 25, 143)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 31)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà — Motivi indirizzati unikament kontra d-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(1)) (ara l-punt 38)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 50, 51)

5.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell minn deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li jiddeċiedi fl-ewwel istanza mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell — Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ istanzi — Dmirijiet tal-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punti 52-56)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 66, 128, 129)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali EUROCOOL u t-trade mark figurattiva EUROCOOL LOGISTICS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 68, 96, 117, 120, 126, 141)

8.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 69)

9.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 94, 95)

10.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 97-99)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eurocool Logistik GmbH u Peter Lenger.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1) hija annullata sa fejn tikkonċerna s-servizzi, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark, ta’ “żvilupp ta’ software għall-ħażna, il-kkummissjonar u t-trasport tal-merkanzija imkessħa u ffriżata”, li jaqgħu taħt il-klassi 42 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u is-“servizz ta’ aġenziji tas-spedizzjoni”, li jaqgħu taħt il-klassi 39 tal-imsemmi ftehim, kopert bit-trade mark preċedenti.

2)

L-oppożizzjoni hija miċħuda sa fejn tikkonċerna s-servizzi msemmija fil-punt 1.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Eurocool Logistik GmbH, l-UASI u Peter Lenger għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

5)

L-UASI għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Eurocool Logistik matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.