Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/11)1

[“FAEG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Nuqqasijiet fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-porzjonijiet agrikoli u s-sistema ta’ informazzjoni ġeografika (SIPA-SIG), fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fuq il-post u fil-kalkolu tas-sanzjonijiet (snin 2005 sa 2007)”]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn din tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għar-Repubblika Portugiża fl-ammont ta’ EUR 40 690 655.11 minħabba “[n]uqqasijiet fis-sistema LPIS-GIS [sistema ta’ identifikazzjoni ta’ porzjonijiet agrikoli-sistema ta’ informazzjoni ġeografika], [fl-eżekuzzjoni] ta’ verifiki fuq il-post u l-[kalkolu] tas-sanzjonijiet” matul is-snin 2005 sa 2007.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 139, 7.5.2011.