Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2011 - Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-5/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Export Development Bank of Iran (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-Deċiżjoni 2010/644/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;
tannulla d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill indirizzata lir-rikorrent tat-28 ta' Ottubru 2010;
tiddikjara li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija inapplikabbli għar-rikorrent;
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-4/11, Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill.
____________