Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2010 - Sofiane Fahas vs Il-Kunsill

(Kawża T-49/07) 1

"Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Motivazzjoni - Rikors għad-danni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sofiane Fahas (Mielkendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Zillmer, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bishop, E. Finnegan u S. Marquardt, sussegwentement M. Bishop, J.-P. Hix u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappresentanti: I. Bruni, aġent, assistit minn G. Albenzio, avvocato dello Stato)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament parzjali, l-iktar reċenti, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, kif ukoll sabiex il-Kunsill jiġi kkundannat li ma jsemmix iktar isem ir-rikorrent fid-deċiżjonijiet futuri tiegħu, fin-nuqqas ta' deċiżjoni ġudizzjarja definittiva, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Sofiane Fahas għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 95, 28.4.2007.