Language of document : ECLI:EU:T:2012:645





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Consorzio vino Chianti Classico vs UASI — FFR (F.F.R.)

(Kawża T‑143/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘F.F.R.’ — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CHIANTI CLASSICO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probbabiltà ta’ konfuzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 17, 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi F. F. R. u CHIANTI CLASSICO [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 26, 51, 55-62)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 27)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 64, 65)

5.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 70)


Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 43/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consorzio vino Chianti Classico u l-Fédération française de rugby (FFR).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, (Każ R 43/2010-4) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-oppożizzjoni inkwantu din kienet ibbażata fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Consorzio vino Chianti Classico u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.