Language of document :

Rikors ippreżentat fil-1 ta' Lulju 2011 - Restoin vs UASI (EQUIPMENT)

(Kawża T-356/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Restoin (Parigi, Franza) (rappreżentant: A. Alcaraz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell, tal-14 ta' April 2011, fil-Każ R 1430/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' Christian Restoin.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark verbali "EQUIPMENT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 35 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8722076

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn is-sinjal mitlub huwa distintiv fir-rigward tal-perċezzjoni li jkollu l-pubbliku rilevanti u fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom qed tintalab ir-reġistrazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 75 tal-imsemmi regolament, sa fejn il-motivazzjoni tal-Bord tal-Appell i) ma tistax tkun globali, peress li l-prodotti msemmija ma humiex suffiċjentement omoġenji u ii) ma hijiex koerenti.

____________