Language of document : ECLI:EU:T:2013:253





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 taʼ Mejju 2013 — Restoin vs UASI (EQUIPMENT)

(Kawża T-356/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EQUIPMENT — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 75) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 37, 38)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali EQUIPMENT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 45, 46)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tad-diversi raġunijiet għal rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) sa (d) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)) (ara l-punt 53)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biss — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew f’pajjiżi terzi —Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet Komunitarji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 1430/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EQUIPMENT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christian Restoin huwa kkundannat għall-ispejjeż.