Language of document : ECLI:EU:T:2015:534





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 —
Bimbo vs UASI – Grupo Bimbo (GRUPO BIMBO)

(Kawża T‑357/11 INTP)

“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Interpretazzjoni ta’ sentenza — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 129) (ara l-punti 9-13)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali– Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)(ara l-punt 14)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2012, Bimbo vs UASI (GRUPO BIMBO) (T‑357/11, EU:T:2012:696).

Dispożittiv

1)

It-talba għall-interpretazzjoni hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Bimbo SA hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).