Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court - l-Irlanda) – The Minister for Justice and Equality, The Commissioner of the Garda Síochána vs Workplace Relations Commission

(Kawża C-378/17) 1

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg – Direttiva 2000/78/KE – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-pulizija – Korp nazzjonali stabbilit bil-liġi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’qasam partikolari – Setgħa ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Minister for Justice and Equality, The Commissioner of the Garda Síochána

Konvenut: Workplace Relations Commission

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ supremazija tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li korp nazzjonali, stabbilit bil-liġi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’qasam partikolari, ma jkollux il-kompetenza sabiex jiddeċiedi li ma japplikax regola tad-dritt nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.

____________

1     ĠU C 283, 28.8.2018.