Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Hostel Tourist World vs UASI – WRI Nominees (HostelTouristWorld.com)

(Kawża T-566/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva HostelTouristWorld.com – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HOSTELWORLD.COM – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hostel Tourist World, SL (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: J. Bartrina Díaz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palermo Cabezas, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: WRI Nominees Ltd (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment G. Kelly u A. Payne, solicitors, sussegwentement A. Payne, J. Llevat Vallespinosa u J.-Y. Teindas Maillard, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 966/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-kumpannija WRI Nominees Ltd u Hostel Touri

st World, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Hostel Tourist World, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.