Language of document : ECLI:EU:T:2015:951





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑563/13)

“FAEG – spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż imwettqa mill-Belġju – Frott u ħxejjex – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent ta’ organizazzjoni ta’ produtturi – Esternalizzazzjoni minn organizzazzjoni ta’ produtturi ta’ attivitajiet essenzjali – Ammonti li għandu jiġi eskluż – Proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż naxxenti minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007) (ara l-punti 36-40)

2.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Frott u ħxejjex – Organizzazzjonijiet ta’ produtturi – Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali f’każ ta’ esternalizzazzjoni tal-attivitajiet essenzjali – Kundizzjonijiet – Ftehim kuntrattwali li jippermetti lill-organizzazzjoni ta’ produtturi li jibqgħu responsabbli għall-eżerċizzju tal-attivitajiet esternalizzati kif ukoll għall-kontroll tal-ġestjoni globali (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 125d; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007, Artikolu 29, inċiż 1) (ara l-punti 53-59, 70, 72, 73)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment għall-annessi kollha – Inammissibbiltà [Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21, inċiż 1 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)] (ara l-punt 83)

4.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Frott u ħxejjex – Organizzazzjonijiet ta’ produtturi – Satbbiliment ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni – Possibbiltà tal-produtturi li jintegraw organizzazzjoni bl-għan waħdieni li jiffissaw il-prezzijiet tal-prodotti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 122) (ara l-punt 101)

5.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Frott u ħxejjex – Organizzazzjonijiet ta’ produtturi – Finanzjament mill-FAEG – Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali – Kundizzjonijiet – Strutturi u persunal – Obbligu tad-direttur ta’ organizzazzjoni li jkollu konoxxenza tal-produzzjoni tal-membri ta’ din tal aħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 125b; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007, Artikolu 25) (ara l-punti 116, 119, 120, 122)

6.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut definittiv ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal ċertu nfiq – Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel (ara l-punt 138)

7.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż naxxenti minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Identifikazzjoni mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet li jsejsu d-deċiżjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 122 u 125b(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007, Artikolu 25 u 28(1) (ara l-punt 146)

8.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEG – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż irregolari – Rikonoxximent illegali ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi minn Stat Membru – Applikazzjoni ta’ korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31(2) u Nru 1234/2007, Artikolu 122) (ara l-punti 151, 152, 154)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Awwissu 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn din tikkonċerna l-ispejjeż imwettqa mir-Renju tal-Belġju jew, fi kwalunkwe każ, għal limitazzjoni tal-ammont li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.