Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 - Earle Beauty vs UASI (SUPERSKIN)

(Kawża T-486/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd (li qabel kienet Liz Earle Cosmetics Ltd.) (Ryde, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Cover, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2008 fil-Każ R 1656/2007-4 u tiddikjara li t-trade mark Komunitarja kkonċernata (Applikazzjoni Nru 5 967 856) għandha tgħaddi għall-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "SUPERSKIN" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 - Applikazzjoni Nru 5 967 856

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddeċieda li t-trade mark kkonċernata hija deskrittiva tal-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

____________