Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 - Giordano Enterprises vs UASI José Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO)

(Kawża T-483/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giordano Enterprises Ltd (Jalan Merdeka, il-Malasja) (rappreżentanti: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Dias Magalhães & Filhos Lda (Arrifana, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1864/2007-2, peress li ċaħdet l-appell tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

It-trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "GIORDANO" għal prodotti fil-klassi 18 u 25

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 322 534 tat-trade mark verbali "GIORDANO" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata safejn laqgħet l-oppożizzjoni ta' ċerti prodotti fil-klassi 18 u ċaħdet l-appell fil-bqija

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta sostna li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kif ukoll tar-Regola 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/951 peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 filwaqt li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibbażat l-oppożizzjoni tagħha biss fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1)