Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2009 - Longevity Health Products vs UASI - Merck (Kids Vits)

(Kawża T-484/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Kids Vits - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITS4KIDS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Awwissu 2008 (Każ R 716/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Merck KGaA u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 32, 7.2.2009