Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Diċembru 2009 - Earle Beauty vs UASI (SUPERSKIN)

(Kawża T-486/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazjoni għat-trade mark verbali Komunitarja SUPERSKIN - Raġuni assoluta ta' rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd (Ryde, Isle of Wight, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Cover, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Settembru 2008 (Każ R 1656/2007-4, dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUPERSKIN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' Settembru 2008 (Każ R 1656/2007-4) hija annullata, f'dak li jikkonċerna l-fwejjaħ, il-preparazzjonijiet għall-kura tad-dwiefer u tax-xagħar, il-prodotti kontra t-traspirazzjoni, id-deodoranti, it-toothpaste, iż-żebgħa għax-xagħar, l-isprej għax-xagħar, il-preparazzjonijiet għall-kura tal-għajnejn, iż-żebgħa għad-dwiefer u d-dissolvent għaż-żebgħa tad-dwiefer u d-dwiefer foloz, li jaqgħu taħt il-klassi 3, kif ukoll il-prodotti għall-kura tal-iġjene u t-trattamenti kożmetiċi għax-xagħar, li jaqgħu taħt il-klassi 44.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tħallas l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jħallas in-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 6, 10.1.2009.