Language of document : ECLI:EU:T:2009:487





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 – Earle Beauty vs UASI (SUPERSKIN)

(Kawża T‑486/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUPERSKIN – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l- punti 27, 37‑44, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1656/2007‑4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUPERSKIN bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Liz Earle Beauty Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali SUPERSKIN għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 – Applikazzjoni Nru 5967856

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1656/2007‑4), hija annullata f’dak li jikkonċerna l-fwejjaħ, il‑preparazzjonijiet għall-kura tad-dwiefer u tax-xagħar, il-prodotti kontra l‑għaraq, id-deodoranti, it-toothpaste, iż-żebgħa għax-xagħar, l-isprej għax‑xagħar, il-preparazzjonijiet għall-kura tal-għajnejn, iż-żebgħa għad‑dwiefer u d-dissolvent għaż-żebgħa tad-dwiefer u d-dwiefer foloz, li jaqgħu taħt il-klassi 3, kif ukoll il-prodotti għall-kura tal-iġjene u t‑trattamenti kożmetiċi għax-xagħar, li jaqgħu taħt il-klassi 44.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l‑ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.