Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2009 - Giordano Enterprises vs UASI - Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO)

(Kawża T-483/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORDANO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORDANO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giordano Enterprises Ltd (F.T. Labuan, il-Malasja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-App6ell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Dias Magalhães & Filhos Lda (Arrifana Vfr, il-Portugall) (rappreżentant: J. M. João, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Lulju 2008 (Każ R 1864/2007-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn José Dias Dias Magalhães & Filhos Lda u Giordano Enterprises Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Giordano Enterprises Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

____________

1 - ĠU C 19, 24.1.2009.