Language of document : ECLI:EU:T:2012:574





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 – Astrim u Elyo Italia vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑216/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ manutenzjoni tal-installazzjonijiet tal-arja kundizzjonata, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni taċ-Ċentru Komuni tar-Riċerka ta’ Ispra – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Interpretazzjoni ta’ kundizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 17-21)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ sejħa għal offerti — Obbligu, għal istituzzjoni, li teżerċita l-fakultà tagħha li tikkuntattja lil offerent wara l-ftuħ tal-offerti — Kundizzjoni — Eżerċizzju b’osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 148(3) (ara l-punti 22-25, 38, 39, 42, 43)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza — Portata (ara l-punti 34-37)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 47)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li ma tintgħażilx offerta (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3) (ara l-punti 82-85)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti —Obbligu ta’ ċaħda ta’ offerti ambigwi — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 99; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 139(1) u 148) (ara l-punti 93-95, 102, 103)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Marzu 2009, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt, ippubblikat fil-25 ta’ Ottubru 2008 mill-Kummissjoni, għall-għoti ta’ servizzi ta’ manutenzjoni ordinarja u straordinarja tal-installazzjonijiet tal-arja kundizzjonata, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni taċ-Ċentru Komuni tar-Riċerka ta’ Ispra (ĠU 2008/S 208‑274999), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tal-punt 17 tal-ittra ta’ stedina għall-offerti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Astrim SpA u Elyo Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.