Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Lulju 2023 – Fastned Deutschland GmbH & Co. KG, Tesla Germany GmbH vs Die Autobahn GmbH des Bundes

(Kawża C-452/23, Fastned Deutschland u Tesla Germany)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fastned Deutschland GmbH & Co. KG, Tesla Germany GmbH

Konvenut: Die Autobahn GmbH des Bundes

Parti oħra fil-kawża: Autobahn Tank & Rast GmbH, Ostdeutsche Autobahntankstellen GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 72(1)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu wkoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-kuntratti pubbliċi li kienu ġew mogħtija preċedentement lil entità inhouse barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, iżda fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti inhouse, fil-mument tal-modifika tal-kuntratt, ma humiex iktar issodisfatti?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275,p. 68.