Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/06) 1

"Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi intizi li jkopru l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta' sistemi tal-informatika doganali relatati ma' ċerti proġetti tal-informatika - Ċaħda tal-offerta ta' offerenti - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għad-danni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà - Rikors għal annullament - Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti - Terminu għal-preżentazzjoni ta' talbiet għal informazzjoni - Trattament ugwali - Żball manifest ta' evalwazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Ġunju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħrajn, fil-kuntest ta' sejħa għall-offerti dwar l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta' sistemi tal-informatika doganali relatati mal-proġetti tal-informatika "CUST-DEV", u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006.