Language of document : ECLI:EU:T:2008:411





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2008 – Austrian Relief Program vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/06)

“Rikors għal annullament – Finanzjament Komunitarju ta’ operazzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ għajxien fl-ex Jugoslavja bil-għan li jippromwovi r-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati – Programm Obnova – Klawżola ta’ arbitraġġ – Nota ta’ debitu – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura – Bażi legali ta’ rikors – Għażla mogħtija lir-rikorrent u mhux lill-qorti Komunitarja (ara l-punti 32-33)

2.                     Rikors għal annullament – Rikors li fir-realtà jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali – Riklassifikazzjoni tar-rikors – Esklużjoni (Artikoli 230 KE, 238 KE u 249 KE) (ara l-punti 34-39)

Suġġett

Talba għall-annullament tan-nota ta’ debitu tal-4 ta’ Mejju 2006 li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet lir-rikorrent jirrifondi l-ammonti mħallsa b’eżekuzzjoni tal-kuntratt dwar il-finanzjament Komunitarju tal-proġett “Republika Srpska 1998: Titjib tal-kundizzjonijiet ta’ għajxien bil-għan li jippromwovi r-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati” (Kuntratt Nru RE/YOU/03/04/98), konkluż fil-kuntest tal-programm Obnova.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Austrian Relief Programm – Verein für Not- und Katastrophenhilfe huwa kkundannat għall-ispejjeż.