Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Torresan vs UASI - Klosterbrauerei Weissenohe (CANNABIS)

(Kawża T-234/06) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CANNABIS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru Artikolu 7(1)(ċ), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giampietro Torresan (Rothenburg, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Recher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG (Weissenohe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u R. Cartella, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Ġunju 2006 (Każ R 517/2005-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG u Giampietro Torresan.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Torresan huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006.