Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06) 1

"Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Kunċett ta' għajnuna mill-Istat - Kunċett ta' impriża - Kumpens żejjed għall-ispejjeż tal-missjoni ta' servizz pubbliku - Proporzjonalità - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: H. Sevenster u M. de Grave, aġenti) (Kawża T-231/06); u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Feenstra u H. Speyart van Woerden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan et H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE, tat-22 ta' Ġunju 2006, dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż Għajnuna tal-Istat Nru C 2/2004 (ex NN 170/2003) (ĠU 2008, L 49, p. 1).

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)    Fil-Kawża T-231/06, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)    Fil-Kawża T-237/06, in-Nederlandse Omroep Stichting (NOS) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006.