Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2023 – Secab Soc. coop. vs Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA), Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

(Kawża C-423/23, Secab)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secab Soc. coop.

Konvenuti: Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA), Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) 1 , il-premessi 3 u 12 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) 2 , il-premessi 27, 28, 29, 39, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija1854 3 , jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tidentifika limitu fuq id-dħul tas-suq miksub mill-bejgħ ta’ elettriku bil-modalitajiet previsti mill-Artikolu 15a tad-Digriet Liġi Nru 4 tas-27 ta’ Jannar 2022 li ma jiggarantixxix lill-produtturi ż-żamma ta’ 10% mid-dħul ’il fuq mill-istess limitu?

L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2019/944, il-premessi 2, 3 u 12 tad-Direttiva 2018/2001, il-premessi 27, 28, 29, 39, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8(2)(b) u (c) tar-Regolament 2022/1854, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tidentifika limitu fuq id-dħul tas-suq miksub mill-bejgħ ta’ elettriku bil-modalitajiet previsti mill-Artikolu 15 tad-Digriet Liġi Nru 4 tas-27 ta’ Jannar 2022 li ma tippreżervax u ma tinċentivax l-investimenti fis-settur tal-enerġija rinnovabbli?

Il-premessa 3 tad-Direttiva 2018/2001, il-premessi 27 u 41, l-Artikolu 7(1)(h)(i) u (j), l-Artikolu 8(1)(a) u (d) u (2) tar-Regolament 2022/1854, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tidentifika limitu fuq id-dħul tas-suq miksub mill-bejgħ ta’ elettriku bil-modalitajiet previsti mill-Artikolu 15 tad-Digriet Liġi Nru 4 tas-27 ta’ Jannar 2022 li ma tipprevedi ebda limitu speċifiku għad-dħul miksub mill-bejgħ ta’ elettriku prodott minn faħam iebes u lanqas ma tipprevedi regolamentazzjoni ddifferenzjata b’rabta mid-diversi sorsi ta’ produzzjoni?

____________

1     ĠU 2019, L 158, p. 125.

1     ĠU 2018, L 328, p. 82, u r-rettifiki fil-ĠU 2020, L 311, p. 11, ĠU 2021, L 224, p. 42, u ĠU 2022, L 41, p. 37.

1     ĠU 2022, L 261, p. 1.