Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Lulju 2023 – CN vs Nemzeti Földügyi Központ

(Kawża C-419/23, Nemzeti Földügyi Központ)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CN

Konvenut: Nemzeti Földügyi Központ

Intervenjent: GW

Domanda preliminari

L-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-mument tal-iskrizzjoni mill-ġdid fir-reġistru ta’ dritt ta’ użufrutt ordnata bħala riżultat ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-Istat ― wara l-kanċellazzjoni ta’ dan id-dritt ta’ użufrutt irreġistrat b’mod illegali iżda b’mod definittiv―, ma tistabbilixxix il-ħtieġa li jiġi eżaminat b’mod obbligatorju jekk ir-reġistrazzjoni tad-dritt ta’ użufrutt inizjalment saritx b’mod legali?

____________