Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis7 ta’ Lulju 2023 – FAURÉCIA – Assentos de Automóvel, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C420/23, Faurécia)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FAURÉCIA – Assentos de Automóvel, Lda

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Ir-regola prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Código do Imposto do Selo (il-Kodiċi tat-Taxxa tal-Boll), li skontha l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll prevista għat-tranżazzjonijiet ta’ żmien qasir li jinvolvu flus kontanti għandha tapplika meta dawn isiru bejn żewġ entitajiet residenti fil-Portugall jew meta min jissellef ikun residenti fil-Portugall (filwaqt li l-kreditur ikun residenti fl-Unjoni Ewropea) iżda ma għandhiex tapplika meta min jissellef (id-debitur) ikun residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u min isellef (il-kreditur) ikun residenti fil-Portugall, hija konformi mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ moviment liberu tal-kapital, stabbiliti fl-Artikoli 18, 63 u 65(3) TFUE?

____________