Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Persia International Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-493/10)1

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuniMiżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleariIffriżar ta’ fondiObbligu ta’ motivazzjoniDrittijiet tad-difiżaDritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettivaŻball ta’ evalwazzjoni”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Persia International Bank (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Ashley, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 969), tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 għar-rikorrenti.Dispożittiv1)    Huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Persia International Bank plc:il-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-pożizzjoni komuni 2007/140/PESK;il-punt 2 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;il-punt 4 tat-Tabella B, taħt it-Titolu I, tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-deċiżjoni 2010/413il-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007;id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;ir-Regolament ta’ eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010;il-punt 4 tat-Tabella B, taħt it-Titolu I, tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar i

r-Regolament

Nru 961/2010.L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 201

0

/644 u bid-Deċiżjoni 2011/783, għandhom jinżammu fis-seħħ fil-konfront ta’ Persia International Bank sal-implementazzjoni tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012.Il-kumplament tar-riko

r

s huwa miċħud.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Persia International Bank.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.