Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Jannar 2021 – Uniqa Versicherungen AG vs VU

(Kawża C-18/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Uniqa Versicherungen AG

Konvenut: VU

Domanda preliminari

L-Artikoli 20 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interruzzjoni tat-terminu ta’ 30 jum għall-preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni għal talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, bħal dik prevista fl-Artikolu 1(1) tal-Bundesgesetz betreffend Begleitmaßnahmen zu COVID-19 in der Justiz (il-Liġi Federali Awstrijaka dwar Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-COVID-19 fil-Qasam Ġudizzjarju), li jipprovdi li t-termini proċedurali kollha fi proċeduri ċivili, li jkunu ġew skattati minn avveniment li seħħ wara l-21 ta’ Marzu 2020 jew li jkunu għadhom ma skadewx f’din id-data, għandhom jiġu interrotti sat-30 ta’ April 2020 u jibdew jiddekorru mill-ġdid fl-1 ta’ Mejju 2020?

____________

1     ĠU 2006, L 399, p. 1.