Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 – BM vs BĊE
(Kawża F-78/11) 1
(Servizz Pubbliku – Persunal tal-BĊE – Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova – Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova – Proċedura dixxiplinari)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BM (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, sussegwentement minn M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent matul il-perijodu ta’ prova minħabba nuqqas dixxiplinari ssanzjonat bi twissija.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jiġi tterminat l-kuntratt ta’ BM fil-31 ta’ Ottubru 2011, hija annullata.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BM.
____________1 ĠU C 319, 29.10.2011, p. 30.