Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 – Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/10) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali Mezzi mediċi Artikoli 8 u 18 tad-Direttiva 92/42/KEE Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni wara n-notifikazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn C. Winkler, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u N. Graf Vitzthum, sussegwentement minn M. Henze u J. Möller, bħala aġenti,

Suġġett

Rikors għad-danni, ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa sussegwentement għall-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Christoph Klein huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 347, 26.11.2011.