Language of document : ECLI:EU:T:2016:570





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 –
Klein vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑309/10 RENV)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Direttiva 93/42/KEE – Sistema armonizzata li tiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-pazjenti, tal-utenti u ta’ terzi fid-dawl tal-użu ta’ mezzi mediċi – Artikolu 8 – Notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni – Artikolu 18 – Marka KE li ma kellhiex tiġi applikata – Dannu – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Rabta kawżali”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni stabbilita  – Assenza – Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 38, 39, 84)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni fl-adozzjoni tal-att – Teħid inkunsiderazzjoni neċesarju waqt l-eżami tar-responsabbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 43-45)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Applikazzjoni lill-proċedura wara rinviju konsegwenti għal appell (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 84(1) u 218) (ara l-punt 46)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Esklużjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Direttiva 93/42, Artikolu 8(2)) (ara l-punti 59, 67)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 70, 71, 73, 81, 83)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa wara l-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christoph Klein, il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.