Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (Il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2021 – VP Capital NV vs L-Istat Belġjan, partijiet oħra: PricewaterhouseCoopers Belastingadviseurs NV, Ernst & Young Tax Consultants BV, Ernst & Young Bedrijfsrevisoren BV

(Kawża C-414/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VP Capital NV

Konvenut: L-Istat Belġjan

Partijiet oħra fil-proċedura: PricewaterhouseCoopers Belastingadviseurs NV, Ernst & Young Tax Consultants BV, Ernst & Young Bedrijfsrevisoren BV

Domanda preliminari

Il-libertà ta’ stabbiliment kif iggarantita permezz tal-Artikolu 49 TFUE hija miksura minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ sa fejn din għandha bħala konsegwenza li kumpannija Lussemburgiża li ddaħħal fil-kontijiet fil-Lussemburgu tnaqqis fil-valur ta’ ishma u li, minkejja li tneħħihom fil-prinċipju mir-riżultati fiskali tagħha, ma tistax tnaqqashom effettivament mir-riżultati fiskali tagħha, minħabba l-eżistenza ta’ pożizzjoni fiskali ta’ telf, hija intaxxata fil-Belġju, wara t-trasferiment tas-sede rreġistrata tagħha lejn il-Belġju, fuq ir-riverżjoni ta’ dan it-tnaqqis fil-valur, sakemm iż-żidiet fil-valur sottostanti din ir-riverżjoni ma jiddaħħlux fuq kont indisponibbli tal-passiv, filwaqt li kumpannija Belġjana li daħħlet fil-kontijiet fil-Belġju tnaqqis fil-valur ta’ ishma ma tiġix intaxxata fuq ir-riverżjoni ta’ dan it-tnaqqis fil-valur, sakemm it-tnaqqis fil-valur ma jkunx tnaqqas preċedentement mir-riżultati fiskali Belġjani, u dan mingħajr ma ż-żidiet fil-valur sottostanti din ir-riverżjoni għandhom jiddaħħlu f’kont indisponibbli tal-passiv?

____________