Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie - il-Belġju) – VP CAPITAL NV vs Belgische Staat

(Kawża C-414/21) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Artikoli 49 u 54 TFUE – Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih ġiet ikkostitwita – Riverżjoni ta’ tnaqqis fil-valur imdaħħal fil-kontijiet qabel it-trasferiment – Eżenzjoni – Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VP CAPITAL NV

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li bis-saħħa tagħha ż-żidiet fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji mdaħħla fil-kontijiet minn kumpannija fi Stat Membru, wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ din tal-aħħar, jiġu ttrattati bħala qligħ kapitali latenti, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-punt dwar jekk dawn l-azzjonijiet jew dawn l-ishma tawx lok għad-dħul fil-kontijiet ta’ tnaqqis fil-valur minn din il-kumpannija f’data li fiha hija kienet residenti fiskali fi Stat Membru ieħor.

____________

1     ĠU C 368, 13.9.2021