Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Il-Kummissjoni vs Nanopoulos

(Kawża T-308/10 P) 

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Dmir ta' assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal - Preżentazzjoni tat-talba għal kumpens f'terminu raġonevoli - Terminu għat-tweġiba - Ftuħ ta' proċedura dixxiplinari - Kriterju li jeħtieġ 'ksur suffiċjentement serju' - Kxif lill-istampa ta' informazzjoni ta' natura personali - Nuqqas ta' attribuzzjoni lil uffiċjal ta' inkarigi li jikkorrispondu mal-grad tiegħu - Ammont tal-kumpens"

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Fotios Nanopoulos (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-11 ta' Mejju 2010, Nanopoulos vs Il-Kummissjoni (F-30/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż, minn naħa, għall-annullament ta' din is-sentenza u, min-naħa l-oħra, jekk ma hemmx lok li tiġi annullata s-sentenza msemmija, għall-iffissar tal-ammont eżatt tal-kumpens.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sosnuti minn F. Nanopoulos fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 274, 09.10.2010.