Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 minn ZR mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-400/21, ZR vs EUIPO

(Kawża C-364/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: ZR (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiċħad is-sentenza appellata u tiddikjara it-talbiet tal-appellant ammissibbli u fondati;

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2020 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal trasferiment lill-EUIPO u tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2021 li tiċħad l-ilment ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2020 jew, jekk dan ma jkunx possibbli, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għas-sentenza tagħha, u;

tikkundanna l-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li billi ċaħdet it-tliet motivi invokati fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali wettqet xi żbalji ta’ liġi, interpretat il-motivi tal-appellant b’mod żbaljat, wettqet żbalji ta’ raġunament u kisret id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal rimedju effettiv tal-appellant u żnaturat il-provi jew għamlet xi konstatazzjonijiet li ma humiex sostnuti mis-sottomissjonijiet tal-partijiet.

____________