Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Frar 2024 – “Vaniz” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” - Veliko Tarnovo

(Kawża C-121/24, Vaniz)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Vaniz” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” - Veliko Tarnovo

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-premessa 44 u tal-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , kif ukoll il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità tar-responsabbiltà, jipprekludu l-ftuħ ta’ proċedura għall-istabbiliment tar-responsabbiltà in solidum ta’ terz għall-ħlas tal-VAT u tal-ammont tar-responsabbiltà in solidum f’sitwazzjoni fejn id-debitur prinċipali ma jkunx għadu jeżisti bħala persuna taħt il-liġi?

[Dawn id-dispożizzjonijiet u dawn il-prinċipji] jipprekludu li, wara t-tħassir tal-persuna taxxabbli _[mir-reġistru tal-kummerċ], mingħajr suċċessur tad-drittijiet u tal-obbligi tagħha, tibqa’ teżisti responsabbiltà stabbilita ta’ din il-persuna li għaliha jkollu sussegwentement jagħmel tajjeb terz?

Il-prassi amministrattiva msemmija iktar ’il fuq, adottata mill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali, hija konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.