Language of document : ECLI:EU:T:2012:50





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/09)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Setturi tal-ipproċessar tad-tadam u tal-ħażna tar-ross — Kontrolli prinċipali — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarji — Prinċipju ta’ proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 29-34, 78)

2.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 47)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament li jipprevedi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ — Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja aħjar jew ugwali ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ — Inammissibbiltà (ara l-punt 80)

4.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG —Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru — Possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq kollu — Applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2148/96, Artikoli 4 u 6) (ara l-punti 137, 140-147)

5.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post —Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet prattiċi — Inammissibbiltà (ara l-punti 150-152)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.