Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2009 - medi vs UASI (medi)
(Kawża T-470/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner u D. Terheggen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-1 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 692/2008-4, sa fejn tiċħad l-appell;
tannulla ċ-ċaħda tal-UASI tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 378 021 tas-26 ta' Frar 2008;
tawtorizza l-pubblikazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 378 021;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "medi" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 5, 9, 10, 17, 35, 38, 39, 41, 42 u 44 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 378 021).
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment
Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
1, inkwantu t-trade mark ikkonċernata għandha l-karattru distintiv meħtieġ.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)