Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2010 - Barilla vs UASI - Brauerei Schlösser

(Kawża T-157/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Barilla G. u R. Fratelli SpA (Parma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Colmano, G. Sironi u A. Vanzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brauerei Schlösser GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-25 ta' Jannar 2010 fil-proċedimenti ta' appell R 820/2009-2;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata;

sussidjarjament, tirreferi l-kawża lill-konvenut sabiex ikun jista' jiċħad l-oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta' dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ALIXIR" għall-prodotti li jaqgħu taħt, fost oħrajn, il-klassi 32.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark verbali "Elixeer" għal prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta ddikjara li kienet teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________