Language of document :

Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Ġunju 2007 - Agencja Wydawnicza "Technopol" Sp. z o.o. vs L-UASI

(Kawża T-201/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza "Technopol" Sp. z o.o. (rappreżentanti: D. Rzążewska, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kollha kemm hi d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Marzu 2007, Nru R 1277/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark verbali "333" għal prodotti li jinsabu fil-klassi 16.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ir-reġistrazzjoni għandha tiġi miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ir-rikors għandu jiġi miċħud.

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja1 peress li, skond ir-rikorrenti, l-isem '333' la huwa deskrittiv u l-anqas mhuwa nieqes minn karattru distintiv għall-prodotti indikati.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, ĠU L 11, p. 1.