Language of document : ECLI:EU:T:2008:394





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Settembru 2008 – Cemex Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/07)

“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet – Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta’ emissjonijiet – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Kriterji (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9(1) u (3), u 11(2)) (ara l-punti 22, 28, 44, 45)

2.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (PNA) – Proċedura ta’ notifika tal-PNA (Artikoli 175 KE u 176 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9(3), u 11(1) u (2)) (ara l-punti 32-39)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tas-26 ta’ Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Cemex Polska sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.