Language of document : ECLI:EU:T:2009:452





Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tieni Awla) tad‑19 ta’ Novembru 2009 – Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (222, 333 u 555)

(Kawżi magħquda T‑200/07 sa T‑202/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 222, 333 u 555 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 26‑32)

Suġġett

Tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2007 (Każijiet R 1276/2006‑4, R 1277/2006‑4 u R 1278/2006‑4), fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 222, 333 u 555 bħala trade marks Komunitarji.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade marks verbali 222, 333 u 555 għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjonijiet irrifjutati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.