Rikors ippreżentat fit-12 ta' April 2010 - Grupo Osborne vs UASI - Confecciones Sanfertús (TORO)
(Kawża T-165/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa Maria, Spanja) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Confecciones Sanfertús, SL (Graus, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) fil-Każ R 638/2009-2;
tilqa' l-applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2.844.264 fil-klassi 25; u
tikkundanna għall-ispejjeż lil kull parti li topponi dan ir-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "TORO" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2.844.264), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 39.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Confecciones Sanfertús, SL.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Spanjola "LETORO" (Nru 465.635), għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25, u t-trade marks figurattivi Spanjoli li jinkludu l-element verbali "TORO" (Nru 802.043), għal prodotti fil-klassi 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja; eżistenza ta' deċiżjoni preċedenti tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tikkonkludi li t-trade marks "TORO" u "LETORO" huma kompatibbli; kif ukoll il-fatt li mill-provi tal-użu prodotti ma jirriżultax użu tat-trade marks Spanjoli "LETORO" (verbali) u "TORO" (figurattiva).
____________