Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Carrefour Hypermarchés SAS et vs Ministre des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-510/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 108(3) TFUE – Regolament (KE) Nru 794/2004 – Skemi ta’ għajnuna nnotifikati – Artikolu 4 – Tibdil lill-għajnuna eżistenti – Żieda sinjifikattiva tad-dħul mit-taxxi allokati għall-finanzjament ta’ skemi ta’ għajnuna meta mqabbel mal-istimi nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea– Limitu ta’ 20 % tal-baġit inizjali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carrefour Hypermarchés SAS, Fnac Paris, Fnac Direct, Relais Fnac, Codirep, Fnac Périphérie

Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

Żieda tad-dħul mit-taxxi li jiffinanzjaw diversi skemi ta’ għajnuna awtorizzati meta mqabbel mal-istimi nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi tibdil lill-għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li implimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, moqri fid-dawl tal-Artikolu 108(3) TFUE, sakemm din iż-żieda ma tibqax inferjuri għal-limitu ta’ 20 %, previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar.

Dan il-limitu għandu jiġi evalwat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, f’relazzjoni mad-dħul allokat lill-iskemi ta’ għajnuna kkonċernati u mhux b’relazzjoni mal-għajnuna effettivament allokata.

____________

1     ĠU C 462, 12.12.2016.