Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof - il-Belġju) – Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU vs Vlaamse Regering

(Kawża C-694/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni – Skambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli – Direttiva 2011/16/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/822 – Artikolu 8ab(5) – Validità – Sigriet professjonali tal-avukat – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ rapportar li jgawdi minnha l-avukat intermedjarju suġġett għas-sigriet professjonali – Obbligu ta’ dan l-avukat intermedjarju li jikkomunika, lil kull intermedjarju ieħor li ma huwiex il-klijent tiegħu, l-obbligi ta’ rapportar li jaqgħu fuqu – Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU

Konvenut: Vlaamse Regering

Dispożittiv

L-Artikolu 8ab(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018, huwa invalidu fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn l-applikazzjoni tiegħu mill-Istati Membri għandha l-effett li timponi fuq l-avukat li jaġixxi bħala intermedjarju fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, kif emendata, meta dan ikun eżentat mill-obbligu ta’ rapportar, previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 8ab tal-imsemmija direttiva, kif emendata, minħabba s-sigriet professjonali li bih huwa marbut, l-obbligu li jikkomunika mingħajr dewmien lil kull intermedjarju ieħor li ma jkunx il-klijent tiegħu l-obbligi ta’ rapportar li jaqgħu fuqu skont il-paragrafu 6 tal-imsemmi Artikolu 8ab.

____________

1     ĠU C 128, 12.4.2021.